Interlingua
Naturalment, il-komunikazzjoni hija internazzjonali. Għaldaqstant, nippreżentaw l-Interlingua – lingwa naturali u ħajja u għodda moderna ta’ komunikazzjoni internazzjonali.
Jekk jogħġbok, ħu żewġ minuti sabiex tinforma ruħek. U kkunsidra l-possibbiltajiet ta’ komunikazzjoni mingħajr fruntieri!
L-Interlingua hija:
![]() |
pan-Ewropea: l-Interlingua tuża kliem mislut mit-Taljan, mill-Ispanjol, mill-Portugiż, mill-Franċiż, mill-Ingliż, mill-Ġermaniż u mir-Russu. |
![]() |
xjentifika: l-Interlingua hija r-riżultat ta’ kooperazzjoni kbira ta’ lingwisti u filologi Ewropej u Amerikani. Huma metodikament siltu l-vokabolarju internazzjonali li huwa komuni għal-lingwi prinċipali Ewropej. |
![]() |
naturali: L-ebda aspett tal-Interlingua ma huwa artifiċjali jew ivvintat. Il-karatteristiċi kollha huma bbażati fuq tal-inqas tliet lingwi ta’ oriġini Ewropea. L-Interlingua hija simplifikazzjoni mingħajr artifiċjalità. |
![]() |
prattika: Miljuni ta’ persuni jifhmu l-Interlingua “mal-ewwel daqqa t’għajn”. B’mod speċjali, il-kelliema ta’ lingwi Rumanzi jifhmu l-Interlingua immedjatament u kważi mingħajr sforz. Hija ideali għas-safar u għall-komunikazzjoni internazzjonali. |
![]() |
faċli: Il-grammatika tal-Interlingua hija uniformi ħafna u l-pronunzja tagħha ssegwi regoli sempliċi u stretti. L-Interlingua ma fihiex listi enormi ta’ eċċezzjonijiet u irregolaritajiet. Li titgħallem l-Interlingua huwa pjaċevoli. |
![]() |
pedagoġika: Bl-Interlingua, inti kważi awtomatikament titgħallem ħafna mill-kliem “barrani” fl-ilsien nattiv tiegħek. L-Interlingua hija l-bażi ideali għal studji lingwistiċi sussegwenti. |
![]() |
newtrali: L-Interlingua mhix il-proprjetà ta’ kultura jew poplu wieħed. L-ebda kelliem nattiv ma għandu vantaġġ inġust. L-Interlingua hija ugwaljanza għal kulħadd. |
![]() |
“Latin modern”: Ħafna mill-kliem internazzjonali huma ta’ oriġini Latina jew Griega. Fl-Interlingua, dawn il-kliem jieħdu forom prototipiċi u standardizzati. Ir-riżultat huwa “Latin modern” internazzjonali, issimplifikat, eleganti u prattiku. |
![]() |
divertenti: Bl-Interlinga inti ssib komunità li qiegħda tikber, mimlija nies intelliġenti u oriġinali. Stenna esperjenzi divertenti u li ma jintesewx. Merħba kbira lilek! |
![]() |
Contacto: Representation e organisationes national de interlingua |
Film: Hallo, hallo – nos presenta interlingua! |
Dictionarios e cursos de interlingua |
Materiales pro studiar interlingua |